Lokali

Il-grupp tal-iscouts tax-Xagħra jiċċelebra l-15-il anniversarju

Lura fl-2008, grupp ta’ eks-scouts, flimkien ma’ grupp żagħżagħ, bdew jaħdmu biex jerġgħu jibnu mill-ġdid il-grupp tal-iscouts li kien ilu wieqaf mill-1970s. Issa, il-grupp jikkonsisti il-fuq minn 130 membri bejn l-eta ta’ 5 snin sa 26 sena. Il-grupp tal-iscouts tax-Xagħra li jifforma parti mill-Assoċjazzjoni tal-Iscouts ta’ Malta, kiber fl-akbar u l-uniku grupp ko-ed f’Għawdex, b’ħafna miż-żgħażagħ tiegħu li kienu l-ewwel membri, issa jmexxuh.

Il-grupp issa qiegħed jiċċelebra l-15-il anniversarju tiegħu, u qiegħed jiċċelebra wkoll l-avventuri u l-ispirtu tal-familja li kkaraterizzaw il-grupp mill-ewwel jum. Iċ-ċelebrazzjonijiet bdew nhar il-Ħadd 21 ta’ Mejju b’parata, u wara b’quddiesa fil-knisja tax-Xagħra. Wara l-quddiesa kien hemm ċerimonja fil-Park Arkeoloġiku tal-Ġgantija biex jiġi mfakkar il-ftuħ tas-Sezzjoni tar-Rover, fejn mbad kien hemm l-ikla ta’ nofsinhar. F’din l-okkażjoni l-grupp ta’ donazzjoni ta’ plakka antika lil Heritage Malta, biex timmarka l-entratura għat-tempji tal-Ġgantija. Il-plakka nstabet matur ir-rinnovazzjonijiet fil-kwartieri ġenerali tagħhom. Badge kommemorattiva, bis-slogan ‘Avventura Flimkien, Nagħmlu Differenza’, ġiet iddisinjata minn wieħed mill-membri ż-żgħar, u turi l-valuri u l-attivitajiet li jgħaqqdu l-grupp.

Mill-bidu tiegħu, il-grupp tal-iscouts tax-Xagħra sar parti integrali mill-komunità, b’diversi avvenimenti u attivitajiet annwali li jilħqu lill-membri kollha tas-soċjetà, inklużi żjarat lill-anzjani, u azzjonijiet ambjentali. Il-grupp fetaħ ukoll il-kwartieri ġenerali tiegħu fl-2015, u wettaq diversi proġetti tal-Unjoni Ewropea u proġetti lokali oħra biex jarma lilu nnifsu b’għodod li jgħinu fl-edukazzjoni informali.

Infurmat u ispirat mill-istorja tiegħu, il-grupp tal-iscouts tax-Xagħra jagħti prijorità lill-iżvilupp sħiħ tal-membri tiegħu, u jagħtihom l-ispazju biex jikbru, isemmgħu leħinhom, u jmexxu. Fil-fatt, ħafna mill-mexxejja tal-grupp bdew mill-ewwel livell tas-scouts bħala Beaver Scouts ta’ ħames snin. Kull stadju tal-iscouting, minn beaver għal kubu, scout, venture u eventwalment rover, huma mimlijin b’esperjenzi uniċi u ħafna avventuri. Dawn jinkludu mixi fil-kampanja u camping għal membri ż-żgħar, sa opportunitajiet internazzjonali tas-scouts għal scouts anzjani, bħall-Jamboree fil-Korea t’Isfel jew vjaġġ reċenti f’kabina f’foresta f’btala fl-Iżvezja, organizzat miż-żgħażagħ infushom. L-attivitajiet kollha huma organizzati skont il-programm formali tal-iscouting tal-Assoċjazzjoni.