Lokali

Interċettati 270kg kokaina fil-Port Ħieles

Fil-Port Ħieles kien hemm waħda mill-akbar sejbiet ta’ droga għal din is-sena hekk kif Uffiċjali tad-Dwana interċettaw 270kg kokaina.

Fi stqarrija intqal li din d-droga instabet wara li diversi containers ġew skenjati fil-Port Ħieles fejn tnejn minn dawn il-containers dehru suspettużi u għalhekk saret tfttxija.

Id-droga nstabet mal-bananas fejn dan il-container kien fi triqtu mill-Ekwador lejn l-Islovenja. Bil-għajnuna ta’ Uffiċjali tal-Pulizija li jiffurmaw parti mill-iskwadra ta’ kontra d-drogi l-containers infetħu fejn f’wieħed minnhom kien hemm 170 pakkett u fl-ieħor 100 pakkett. Dawn il-pakketti kellhom toqol ta’ kilo u kellhom d-droga suspettat kokaina.

Il-Maġistrat tal-Għassa ħatret inkjesta dwar din is-sejba.