Charles Camenzuli
Fil-Palazz Pubbliku tar-Republika ta’ San Marino, fil-preżenza tal-ogħla awtorità tal-pajjiż, fosthom iż-żewġ kapi reġġenti Alessandro Scarano u Adele Tonnini flimkien mas-Segretarju tal-Istat għall-isport Teodoro Lonfernini, tħabbru l-atleti li se jġorru l-bandiera fic-Ċerimonja tal-Ftuħ tad-19-il edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar MALTA 2023.
Dawn se jkunu Andrea Ercolani Volta tal-atletika u l-judoka Jessica Zannoni. Fl-istess waqt Gian Primo Giardi, President tal-Kumitat Olimpiku ta’ San Marino ħabbar li għat-tielet edizzjoni tal-European Games li għandhom isiru, fi Krakow u Maloposka l-Polonja, il-bandiera se tinġarr minn Matias Mongiusti tat-table tennis u t-tiratriċi rebbieħa ta’ żewġ midalji Olimpici Alessandra Perilli.
F’isimhom irċieva l-bandiera Federico Valentini chef de mission fil-Polonja.
San Marino kien il-pajjiż li fl-1985 organizza l-ewwel edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar u minn dak inhar organizza wkoll żewġ edizzjonijiet oħra, fl-2001 u fl-2017.
//= $special ?>