Lokali

Raġel arrestat b’rabta ma’ serqa minn ħanut fil-Belt Valletta

Raġel ta’ 35 sena ġie arrestat ftit sigħat wara li allegatament seraq minn kaxxa tad-donazzjonijiet minn ħanut fil-Belt Valletta.

Il-Pulizija ġie infurmata b’din is-serqa l-Erbgħa waranofsinhar għall-ħabta tas-1:30…serqa li seħħet l-Erbgħa filgħodu.

Il-Pulizija bdiet bl-investigazzjonijiet, fejn immedjatament bdew bit-tfittxijiet għall-allegat ħalliel li ġie arrestat għall-ħabta tat-8:00 ta’ filgħaxija.

Ir-raġel qiegħed jinżamm arrestat fil-lockup tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Floriana u mistenni jitressaq il-Qorti llum, għall-ħabta ta’ nofsinhar quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Victor Axiak.