Lokali

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi wara inċident f’Ħ’Attard

Raġel ta’ 44 sena residenti l-Mellieħa weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident bejn karozza u mutur.

L-inċident seħħ il-Ħamis filgħodu għall-ħabta tat-8:00 fi Triq l-Imdina, Ħ’Attard.

Il-Pulizija marret fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn żagħżugħa ta’ 25 sena mill-Mellieħa u mutur misjuq mill-vittma.

Fil-post ssejjaħ tim mediku sabiex jassisti fejn ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sfortunatament, dan huwa inċident ieħor li seħħ fir-rotta tas-Central Link.