Lokali

Telefonata salvat il-ħajja ta’ bugħaddas li kien jinsab f’diffikulta ċ-Ċirkewwa

DCIM100GOPRO

Jgħoddha b’waħda wara li bugħaddas kien salvat mill-Forzi Armati ta’ Malta hekk kif kien jinsab f’diffikulta fil-baħar fiċ-Ċirkewwa.

Kellha tkun telefonata li saret fuq il-112 li salvat il-ħajja ta’ dan il-bugħaddas.

It-telefonata daħlet il-Ħamis filgħodu fejn il-Forzi Armati ta’ Malta marru minnufih fil-post sabiex jagħtuh l-għajnuna. Dan filwaqt li l-għaddasa li kien hemm miegħu rnexxielhom jitilgħu l-art waħedhom.

Il-bugħaddas ingħata l-għajnuna minn tim mediku fl-Imġarr Għawdex.