Lokali

AĠĠORNATA: Anzjan jittieħed l-isptar wara li inqaleb bil-karozza f’Ħal Qormi

Għal xi raġuni mhux magħrufa karozza spiċċat inqalbet wara li kienet involuta f’inċident f’Ħal Qormi.

L-inċident seħħ il-Ħamis waranofsinhar għall-ħabta tat-3pm fi Triq l-Imdina f’Ħal Qormi. Bħalissa l-Pulizija tinsab fil-post u qed tinvestiga, filwaqt li għal xi ħin kien hemm konġestjoni tat-traffiku kaġun ta’ dan l-inċident.

Il-karozza, tal-għamla Honda, li inqalbet kienet misjuqa minn anzjan ta’ 72 snin

Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti lill-anzjan, filwaqt li membri tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu fil-post.