L-eks plejer internazzjonali Spanjol u ta’ FC Barcelona, Andrés Iniesta ħabbar li se jkun qed iħalli lill-klabb tiegħu fil-Ġappun, Vissel Kobe wara ħames snin magħhom.
Iniesta għandu 39 sena, u se jkun qed jitlaq lil Vissel Kobe f’nofs Kampjonat Ġappuniż. Dan l-istaġun lagħab biss tliet darbiet, fejn dejjem daħal bħala sostitut. Iżda l-midfielder ċentrali b’CV mill-aqwa, tant li fost l-oħrajn rebaħ xejn inqas minn erba’ darbiet il-UEFA Champions League tul il-karriera tiegħu bħala plejer, hu deċiż li ma jirtirax għalissa.
“Irrid nibqa’ nilgħab u mbagħad nirtira waqt li nkun għadni attiv. Huwa diffiċli għalija li nagħmel hekk ma’ Vissel Kobe, għalhekk irrid insib post fejn nilgħab u eventwalment nirtira,” qal Iniesta.
//= $special ?>