Futbol Sport

Arrestati uffiċjali ta’ klabb wara t-traġedja f’El Salvador

(Ritratt: EPA)

Il-President u uffiċjali oħra tal-klabb Alianza kienu arrestati mill-pulizija f’El Salvador wara t-traġedja li seħħet fi tmiem il-ġimgħa l-oħra meta 12-il persuna tilfu ħajjithom mgħaffġa waqt logħba futbol.

Mill-investigazzjonijiet li saru mill-pulizija jidher li t-traġedja seħħet hekk kif mijiet ta’ partitarji ma tħallewx jidħlu l-istadium minkejja li kellhom biljett validu. Dawn il-partitarji baqgħu jinsistu u għamlu pressjoni qawwija fuq wieħed mill-kanċelli sakemm dan ċeda u l-partitarji mietu mgħaffġa jew fgati fir-rassa li kien.

Il-pulizija qed tinvestiga wkoll lill-membri organizzati tal-partitarji fejn jidher li nbiegħu ħafna biljetti ferm iktar milli jesa’ l-istadium.