Sport Sport Ieħor

Ċikliżmu: Geraint Thomas iżomm il-flokk ir-roża f’għeluq sninu

(Ritratt: EPA)

Geraint Thomas żamm il-flok roża ta’ leader tal-Giro f’għeluq is-37 sena tiegħu.

Thomas daħal ftit wara Roglic fit-tappa tal-bieraħ biex żamm l-ewwel post, filwaqt li Roglic issa jinsab fit-tieni post fil-klassifika ġenerali wara Thomas.

Joao Almeida tilef madwar 21 sekonda u issa niżel fit-tielet post fil-klassifika ġenerali. Thomas għandu vantaġġ ta’ 29 sekonda fuq Roglic u 39 sekonda fuq Almeida.

It-Taljan Filippo Zanna rebaħ it-tappa tal-bieraħ minn Oderzo sa Val di Zoldo fuq distanza ta’ 161 km. Il-Giro issa wasal fl-aħħar tiegħu u jonqos biss żewġ stadji oħra fuq il-muntanji qabel l-aħħar tappa fit-toroq ta’ Ruma u issa Thomas jinsab favorit li jirbaħ dan il-Giro u jsir l-ixjaħ ċiklist li jagħmel dan. Ir-rekord preċedenti kien ta’ Fiorenzo Magni li fl-1955 rebaħ il-Giro fl-eta’ ta’ 34 sena.

Chris Horner għandu r-rekord assolut tat-tliet tlielaq prinċipali meta fl-2013 rebaħ il-Vuelta fl-eta’ ta’ 41 sena.

It-tappa tal-lum, li hi meqjusa bħala l-iktar waħda impenjattiva hi fuq distanza ta’ 183 km minn Longarone sa Tre Cime di Lavaredo.