Edukazzjoni Lokali

Ġenituri diżappuntati wara li dewmien minn naħa tal-Air Malta ħassar ġurnata edukattiva għal uliedhom

Bosta ġenituri kmieni dalgħodu ikkuntatjaw lil Net News sabiex jilmentaw dwar id-diżappunt li ħassew meta t-titjira tal-Air Malta li fuqha kien hemm uliedhom spiċċat telqet minn pajjiżna wara dewmien ta’ kważi tliet sigħat.

Fuq din it-titjira lejn Ruma, li kellha titlaq fis-7:30am, kien hemm grupp ta’ studenti mill-Kulleġġ San Nikola li organizzawlhom din iż-żjara edukattiva ta’ ġurnata. Tant li t-tfal se jirritornaw Malta llejla stess.

Dan is-sit huwa nfurmat li l-grupp hu magħmul minn madwar 55 student.

It-titjira KM612 spiċċat telqet ftit wara l-10:15am. U dan ifisser li t-tfal se jispiċċaw jaslu fiċ-ċentru ta’ Ruma għall-ħabta tas-1pm; illi jfisser li l-programm li kellhom pjanat tħarbat kompletament.