Internazzjonali

Il-Ġappun: Arrestat wara li qatel erba’…inklużi uffiċjali tal-Pulizija

Raġel ta’ 31 sena – l-iben ta’ politiku – spiċċa arrestat wara l-qtil ta’ erba’ persuni waqt attakk rari fil-Ġappun fejn intużaw sikkina u azzarin tal-kaċċa.

L-allegat qattiel, l-ewwel, kien aggredixxa mara b’sikkina u ftit wara fetaħ in-nar fuq żewġ uffiċjali tal-pulizija li kienu marru jiġru fuq il-post tar-reat.

Il-vjolenza qattiela seħħet fir-reġjun ta’ Nagano u fejn l-awtoritajiet, aktar tard,  ikkonfermaw li kien hemm anki raba’ vittma fl-inħawi.

Is-suspettat arrestatat issemma bħala Masanaro Aoki, fost rapporti li hu, bħalissa qed jgħin l-istħarriġ tal-pulizija.

Il-vjolenza bl-armi tan-nar hi rari ferm fil-Ġappun minkejja l-qtil, is-sena l-oħra, tal-eks Prim Ministru Ġappuniż Shinzo Abe li kien qala’ tiri fatali waqt rally politiku.Il-każ ta’ Abe – l-istess bħall-inċidenti f’Nagano – kien ixxokkja bil-kbir lill-poplu ta’ dan il-pajjiż fejn l-armi tan-nar huma projbiti.

Daqstant ieħor rari huma l-każi fejn jinqatlu membri tal-Korp tal-Pulizija fil-Ġappun – bl-aħħar inċident, qabel l-isparatura tal-bieraħ, iseħħ aktar minn 30 sena ilu.