Lokali

Ingliż fil-periklu tal-mewt wara inċident f’Għawdex

Żagħżugħ Ingliż, ta’ 25 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident f’Għawdex.

Il-każ seħħ il-Ħamis għall-ħabta tas-7pm, fi Triq il-Blata, f’Wied il-Mielaħ, l-Għarb.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-Ingliż tilef il-kontroll tal-quadbike li kien qed isuq u nqaleb.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku biex jassisti filwaqt li ambulanza ħadet liż-żagħżugħ l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji u jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Brigitte Sultana li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.