Għall-kuntrarju ta’ dak li jaħsbu ħafna nies, ‘Bonsai’ ma tirreferix ghat-tip ta’ siġra – Iżda Bonsai huwa l-isem tal-proċess li jintuża meta jitkabbru siġar żgħar fid-daqs ta’ pjanta.
Il-bonsai hi arti li oriġinat fl-Asja, fejn b’dedikazzjoni tant kbira l-entużjasti jkabbru s-siġar f’daqs żgħir imma bi preċiżjoni liema bħalha.
Fil-ġonna tal-Bonsai Culture Group Malta, fil-Furjana, fetħet it-30 edizzjoni tal-wirja u l-kompetizzjoni tal-Bonsaj f’pajjiżna, fejn preżenti kien hemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.
Ma’ dan l-istazzjon, ġie spjegat illi s-siġar tal-Bonsai jiġu stmati fuq livell estetiku kif ukoll fuq livell arti-kulturali.
Il-proċess għat-tkabbir ta’ dan it-tip ta siġar, hu sempliċi… kemm taqta’ zokk mis-siġra normali u tista’ ttiha l-forma li trid, iżda matul iż-żmien tat-tkabbir, is-siġra jkollha bżonn attenzjoni u kura kuljum … b’uħud minnhom jieħdu snin twal biex jiffurmaw sew. L-esebizzjoni se tibqa’ miftuħa għall-pubbliku is-Sibt 27 ta’ Mejju u l-Ħadd 28 ta’ Mejju mid-9 ta’ filgħodu sas-6 ta’ filgħaxija fil-ġnien tal-Bonsai Culture Group, ‘l isfel mill-Kurja, fil-Floriana.
//= $special ?>