Lokali

Jeskala argument bejn il-President tal-Partit Laburista tan-Naxxar u l-barman tal-Każin

Sorsi li dalgħodu kienu fil-Pjazza tan-Naxxar qalu lil Net Media li argument bejn il-President tal-Partit Laburista fin-Naxxar u l-barman tal-Każin Laburista fl-istess lokalità spiċċa biex eskala u f’mumenti minnhom il-barman irrikorra għal oġġett li jaqta’ u bil-ponta iżda ma wżahx.

Nifhmu li l-battibekki bejn il-President tal-Partit Laburista fin-Naxxar u l-barman tal-istess Każin Laburista, li jinsab fil-Pjazza tan-Naxxar, ilhom għaddejjin.

Dalgħodu l-argumenti bejniethom eskalaw u kellhom ikunu terzi li kkalmaw is-sitwazzjoni bejniethom. Nifhmu li bl-inċident kienu mgħarrfa wkoll il-Pulizija tal-lokal li bdew l-istħarriġ tagħhom.