Charles Camenzuli
Fil-kwartieri ġenerali tal-Kumitat Olimpiku tal-Lussemburgu, saret il-preżentazzjoni uffiċjali tal-atleti u uffiċjali li se jieħdu sehem fid-19-il edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi Żgħar – Malta 2023.
B’kollox il-Lussemburgu se jkunu Malta b’130 atleta fl-għaxar dixxiplini tal-Logħob, 22 fl-atletika, 24 fil-basketball bit-timijiet tal-irgiel u nisa, 8 fil-basketball 3 X 3 , 8 judokas, 12-il għawwiem, 24 fir-rugby 7s bit-timijiet irġiel u nisa, 11-il plejer fi squash, 4 tennisti, 8 fit-table tennis, 6 fl-isparar u tlieta fl-ibburdjar, fejn huma biss kompetituri rġiel fejn fid-dixxiplini l-oħra Lussemburgu se tkun b’atleti rġiel u nisa.
Il-kontinġent tal-Lussemburgu se jkun immexxi minn Alwin De Prins bħala chef de mission li se jkun mgħejjun minn Raymond Conzemius, Burkhard Disch, Marie Jo Ries u Michelle Teusch.
Mal-130 atleta, il-Lussemburgu se jġibu Malta wkoll 41 kowċ u 17-il membru mill-Kumitat Olimpiku, fosthom l-uffiċjali ewlenin, il-President Andre’ Hoffmann u s-Segretarju Ġenerali Ralf Lentz, għal total ta’ 188 persuna flimkien ma’ 9 referees.
//= $special ?>