GSSE Malta 2023 Sport

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar: Larissa Vanoni u Raphael Schwendinger se jġorru l-bandiera ta’ Liechtenstein

Charles Camenzuli

Fiċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Logħob tal-Pajjiżi Żgħar tal-Ewropa Malta 2023, se jkunu t-tiratriċi Larissa Vanoni u l-judoka Raphael Schwendinger li se jġorru l-bandiera ta’ Liechtenstein waqt il-parata tal-atleti.

Din hija l-ewwel darba għat-tnejn li huma li se jġorru l-bandiera ta’ Liechtenstein f’Ċerimonja tal-Ftuħ. 19-il atleta se jirrappreżentaw lil Liechtenstein f’seba’ dixxiplini mid-29 ta’ Mejju sat-3 ta’ Ġunju fid-19-il dizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Malta. Għall-ewwel darba fl-istorja tal-Logħob tal-Istati ż-Żgħar, se jkunu żewġ atleti raġel u mara li se jġorru l-bandiera tad-disa’ pajjiżi.

Il-Kumitat Organizattiv ta’ MALTA2023 b’hekk qed isegwi t-tradizzjoni li l-Kumitat Olimpiku Internazzjonali beda fil-Logħob Olimpiku ta’ Tokyo 2020 u li se titkompla, fost affarijiet oħra, fil-European Youth Olympic Festival kif wkoll fil-European Games fil-Polonja li se jsiru fl-aħħar ta’ Ġunju.