Qorti

Multa ta’ €2,000 u sospensjoni ta’ liċenzja revokata għax instab rieqed u mhux isuq

Raġel li nstab mill-pulizija rieqed f’karozza u li kien immultat €2,000 u kellu l-liċenzja sospiża għal sitt xhur mill-ewwel Qorti wara li kienet sabitu ħati li kien qed isuq waqt kien fis-sakra u li naqas li jagħti kampjun tan-nifs kellu s-sentenza tiegħu mibdula fil-Qorti tal-Appell minħabba li hu nstab rieqed fil-karozza u ma nġiebu ebda provi li kien qed isuq.

John Said, ta’ 52 sena min-Naxxar, ma kienx instab ħati li fis-6 ta’ Frar 2022, f’San Pawl il-Baħar, li saq kaorzza bi traskuraġni, b’mod perikoluż, taħt l-influwenza tax-xorb. L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera qalet li l-prosekuzzjoni naqset li tipprova li kien Said li kien qed isuq il-vettura, għall-habta tal-11.36 p.m fi Triq il-Wileġ, San Pawl il-Bahar.

Dan għaliex meta l-pulizja marret fuq il-post wara li kienet irċeviet telefonata li kien hemm karozza maħbuta f’din it-triq, l-pulizija li xehdu bl-ebda mod ma qalu li raw lil Said isuq. Dakinhar li Said instab fil-vettura tieghu rieqed u mhux isuq il-vettura. Meta kien ġie mistoqsi kif spiċċa l-Qawra fl-ebda ħin ma qal li saq hu hemmhekk. Qal li kien il-Belt u ried imur lura id-dar.

Żewġ Pulizija li marru fuq il-post innutaw karozza Mitsubishi sewda tagħlaq il-karreġġjata direzzjoni lejn l-Qawra. Il-vettura ġiet innotata li kellha bosta ħsarat fuqha fosthom fil-bumper ta’ quddiem u l-mirja taż-żewġ naħat kienu milquta u imqaċċta.

Il-Pulizija fetħu l-bieba tax-xuffier, u qajjmuh. Identifikaw ruħhom u qalgħu ċ-ċavetta mill-ignition tal-vettura. Said qam u kien jidher ċar li ma jafx fejn kien u meta staqsewh stqarr li huwa joqgħod Baħar iċ-Ċagħaq u ma jafx kif spiċċa l-Qawra.

Team mediku immexxi min Nurse marru fuq il-post fejn dan irrifjuta li jmur l-isptar. Iddeċieda li jsir test tal-kampjun tan-nifs għar-raġuni li John Said kien jidher li kien fi stat ta’ sokor. Dak il-ħin beda iħawwwad fil-kliem u ma jafx fejn kien u f’ħinijiet beda ukoll jitlef il-bilanċ.

Pulizija ieħor stqarr li nhar is-6 ta’ Frar, 2022, għall-ħabta tal-11.00pm il-Pulizija mill-Għassa tal-Qawra ġiet infurmata li faċċata tal-lukanda Bellavista,  kien hemm vettura li baqgħet dieħla f’siġra. Għaldaqstant il-multa ta’ €2,000 u l-iskwalifika tal-liċenzja ġiet revokata. Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Nicholas Vella. Għal John Said dehru l-Avukati Jason Azzopardi u Kris Busietta,