Futbol Sport

Premier League Ingliż: Il-ġlieda kontra r-relegazzjoni tilħaq il-qofol tagħha

(Ritratt: EPA)

It-timijiet kollha tal-Premier League għada se jilagħbu l-aħħar partita tagħhom fil-kampjonat għal dan-istaġun. Ħafna huma dawk it-timijiet li diġa jafu l-pożizzjoni finali tagħhom fil-klassikfa, hekk kif Manchester City ġew ikkonfermati champions tal-Premier League ftit ġranet ilu b’rebħa minima ta’ 1-0 kontra Chelsea. Fil-postijiet tal-UEFA Champions League, Arsenal, Manchester United u Newcastle United kollha spiċċaw mal-ewwel erbgħa biex b’hekk se jikkompetu fl-għola kompetizzjoni fl-Ewropa. Liverpool u Brighton temmew l-istaġun fil-5 u 6 post rispettivament u se jilagħbu fl-UEFA Europa League fl-istaġun li jmiss.

Il-partiti kollha ta’ l-aħħar ġurnata tal-kampjonat Ingliż se jintlagħbu l-Ħadd fil-5:30pm, dan sabiex jipprevjenu milli t-timijiet ikollhom il-vantaġġ, jew żvantaġġ mentali li jkunu jafu l-iskors finali tal-avversarji tagħhom f’ġurnata tant delikata għal ħafna timijiet.

It-tim li jispiċċa fis-seba’ post fil-klassifka se jkun qiegħed jikkompeti fil-UEFA Europa Conference League fl-istaġun li jmiss. F’dan il-mument Aston Villa qed jokkupaw dan il-post b’58 punt, filwaqt li Tottenham Hotspurs u Brentford li jinsabu fit-8 u 9 post rispettivament għadhom fiċ-ċans li jispiċċaw f’dan il-post b’żewġ punti jifred it-tlett timijiet.

Aston Villa se jaffrontaw li Brighton f’Villa Park, filwaqt li Tottenham Hotspurs se jilagħbu barra minn darhom kontra Leeds United. Brentford b’possibilment l-inqas ċans li jispiċċaw f’dan il-post hekk kif se jaffrontaw iċ-champions Manchester City fil-Getch Community Stadium.

Fil-parti t’isfel tal-klassifika,  Southampton huma diġa relegati mill-kampjonat u se jilgħabu fil-EFL Championship l-istaġun li ġej wara 11-il sena fil-Premier League. Iż-żewġ timijiet l-oħra li se jiġu relegati għadhom mhux deċiżi. Leeds United li jinsabu fid-19-il post f’31 punt se jilagħbu f’Ellen Road kontra avversarju diffiċli fil-forma ta’ Tottenham Hotspurs, filwaqt li Leicester City se jaffrontaw lil West Ham United fil-King Power Stadium wara li kisbu punt missielet kontra Newcastle United fl-aħħar partita tagħhom f’partita bla gowls. L-aħħar tim f’riskju ta’ relegazzjoni huwa Everton, li jekk ma jinbidel xejn mill-klassifika se jilagħbu fil-Premier League s-sena d-dieħla hekk kif jinsabu fis-17-il post b’33 punt. It-tim imexxi minn Sean Dyche se jaffrontaw lil Bournemouth f’Goodison Park.

Partiti l-Ħadd fil-5:30pm:

Arsenal v Wolves

Aston Villa v Brighton

Brentford v Manchester City

Chelsea v Newcastle United

Crytsal Palace v Nottingham Forest

Everton V Bournemouth

Leeds United v Tottenham Hotspurs

Leicester City v West Ham United

Manchester United v Fulham

Southampton v Liverpool.