Lokali

Rapport mill-Kamra tal-SMEs u s-CRPD illi tefa’ dawl fuq l-importanża ta’ preżenza online

Il-Ġimgħa filgħodu tħabbru r-riżultati li ħarġu minn studju li sar mill-Kamra tan-negozji zgħar u medji flmkien mas-CRPD fuq l-accessibiltà online … studju  illi wera li 60% tan-negozji fil-privat iħossu illi huwa importanti ferm li jkun hemm accessibiltà wiesa online u li tasal għand kulħadd.

Għal dan l-istħarriġ wieġbu diversi negozji…fejn madwar 44% qalu li l-access online għandu jasal għand kulħadd u b’mod ugwali, filwaqt illi persuni b’diżabbilità m’għandhomx ikunu żvantaġjati.

Net News tkellem mal-Kap Eżekuttiv tal-kamra tal-SMEs Abigail Agius Mamo fejn qalet li ir-riżultati li ħarġu minn dan l-istudju kienu riżultati pożittivi għaliex dawk li rrispondew għal dan l-istħarriġ għarfu l-importanża ta’ preżenza online min-negozji lokali.

Abigail Agius Mamo tenniet li 95% li wieġbu għal dan l-istħarriġ qalu li n-negozji ż-żgħar xorta waħda għandhom bżonn ċertu għajnuniet sabiex in-negozju tagħhom isir aktar aċċessibli b’mod ugwali għal kulħadd… u dan skond id-direttiva tal-UE dwar l-accessibiltà online li se tiġi infurżata fuq il-membri tal-Unjoni Ewropea fi żmien sena.