Futbol Sport

Serie A: Draw ġust bejn Sampdoria u Sassuolo

(Ritratt: EPA)

Punt kull wieħed għal Sampdoria u Sassuolo f’draw ġust ta’ 2-2.

Il-gowls kważi kollha waslu fl-ewwel kwarta logħob hekk kif kien Monolo Gabbiadini li fetaħ l-iskor għal Sampdoria wara 8 minuti logħob minn kross ta’ Dionisi.

Il-vantaġġ ta’ Sampdoria ma damx hekk kif Sassuolo kisbu d-draw minuta wara permezz tat-talisman tagħhom Domenico Berardi li għeleb lil Turk minn pass ta’ Ciede.

Sassuolo marru fil-vantaġġ ftit minuti wara hekk kif din id-darba kien imiss il-midfielder Brażiljan Matheus Henrique li jsib ix-xibka minn suġġeriment ta’ Zortea.

Sampdoria kisbu d-draw fit-78 minuta permezz ta’ auto gowl minn Martin Erlic li pprova jwaqqaf il-xutt ta’ Quagliarella u xeħet fix-xibka tiegħu stess.

Riżultati u partiti:

Illum: Sassuolo v Sampdoria 2-2
Għada: Salernitana v Udinese 3:00pm, Spezia v Torino 3:00pm, Fiorentina v Roma 6:00pm, Inter v Atalanta 8:45pm
Il-Ħadd: Hellas Verona v Empoli 12:30pm, Bologna v Napoli 3:00pm, Monza v Lecce 3:00pm, Lazio v Cremonese 6:00pm, Juventus v Milan 8:45pm