Lokali

17-il persuna jinqabdu jgħixu f’pajjiżna b’mod irregolari wara li komplew l-ispezzjonijiet

17-il persuna nqabdu li qed jgħixu f’pajjiżna b’mod irregolari dan hekk kif is-Sibt filgħodu l-Pulizija assisti minn Uffiċjali tas-Servizzi ta’ Detenzjoni, komplew bl-ispezzjonijiet b’rabta ma’ immigrazzjoni irregolari.

L-ispezzjonijiet saru fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra, fejn instabu 17-il persuna jgħixu b’mod irregolari.

Dawn il-persuni – mill-Ghana, min-Niġerja, mill-Gambja, mis-Senegal, mill-Mali, mill-Libja u mill-Kosta tal-Avorju – ittieħdu f’Ċentru ta’ Detnzjoni fejn inbeda l-proċess sabiex ma jibqgħux fil-pajjiż.

Dawn l-ispezzjonijiet se jkomplu fil-jiem u ġimgħat li ġejjin.