Lokali

Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn sellum

Anzjan ta’ 70 sena qed jissielet għal ħajtu wara li waqa’ minn fuq sellum fir-residenza tiegħu.

L-inċident seħħ is-Sibt filgħodu għall-ħabta ta’ 11:45 f’residenza fi Triq Fredrick Borg, l-Iklin.

Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti filwaqt li ambulanza ħadet lill-anzjan lill-isptar Mater Dei għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji u li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Il-Maġistrat tal-Għassa Lara Lanfranco ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.