Futbol Sport

Bayern Munich champions tal-Bundesliga għall-ħdax-il darba konsekuttiva

(Ritratt: EPA)

Bayern Munich saru champions tal-Bundesliga għall-ħdax-il darba wara li għelbu lil Koln bl-iskor ta’ 2-1. Bayern saru champions wara li Borussia Dortmund, li kienu fl-ewwel post qabel l-aħħar konfront, temmew fi draw ta’ 2-2 kontra Mainz fis-Signal Iduna Park, biex Bayern rebħu l-kampjoniat b’71 punt, punti daqs Dortmund iżda b’goal average aħjar. Kien Jamal Musiala li skorja il-gowl deċiżiv fid-89 minuta wara li huma kienu marru fil-vantaġġ b’gowl ta’ Kinsley Coman, b’Koln iġibu d-draw minn penalty. Għal Dortmund dan kien diżappunt wara li resqu l-aktar viċin li jirbħu l-ewwel titlu tagħhom fi ħdax-il sena, biex b’hekk se tkompli l-istennija għar-rebħ tal-Bundesliga.