Sport Sport Ieħor

Boċċi: Tliet timijiet jibqgħu fl-ewwel post

Wara li ntlagħbet is-seba’ ġurnata mill-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, Għaxaq, Żebbug u Birgu żammew l-ewwel post tal-klassifikka filwaqt li Lija kisbu l-ewwel punt tagħhom meta għelbu lil Marsamxett 21 ma 7

Wara dawn ir-riżultati tliet timijiet qedin jokkupaw l-ewwel post tal-klassifika b’6 rebħiet kull wieħed filwaqt li Buġibba u Msida jinsabu fit-tieni post tal klassifikka. Jidher li dan se jkun kampjonat interesanti meta l-ewwel erba’ timijiet jilagħbu għal min jirbaħ il-kampjonat.

F’partita mill-aqwa, Żebbug għelbu lit tim ta’ St. Peters Boċċi Klabb Żabbar bil-puntegg ta’ 21 ma 5 biex baqaw iżommu l-ewwel post tal-klassifika. Birgu għelbu lil Żurrieq ġewwa l-pitch ta’ Żabbar biex akkwistaw is-sitt rebħa ta’ l-istaġun, f’partita li għal xi ħin kienet waħda bilanċjata iżda Birgu rnexilhom jidominaw fit-tieni parti u rebħu bil-puntegg ta’ 21 ma 11.

Għaxaq barra minn darhom għelbu lit-tim ta’ Buġibba li wkoll qed ikollhom staġun tajjeb fejn b’wirja mill-isbaħ rebħu l-partita 21 ma’ 9 biex baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika flimkien ma’ żewġ timijiet oħra.

Msida, li bdew ftit ħazin f’dan il-kampjonat qed jirkupraw sew u jinsabu punt biss taħt tal-ewwel meta għelbu lil Qormi San Bastjan 21 ma’ 10 u akkwistaw il-ħames rebħa tal-istaġun.

Lija kisbu l-ewwel punt tagħhom meta ġewwa l-pitch tagħhom għelbu l-isfida ta’ Marsamxett 21 ma 18 f’partita li setgħet marret kull naħa, iżda kienu Lija li f’l-aħħar mill-aħħar ħarġu rebbieħa.

Birkirkara għelbu lit-tim ta’ Birżebbuġa bil-punteġġ ta’ 21 ma’ 7 biex akkwistaw it-tielet rebħa tal-istaġun.