Sport Sport Ieħor

Fabio Spiteri nofs triq biex itemm it-’10X Ironman’ biex jinġabru flus għas-santwarji tal-annimali

Fabio Spiteri bħalissa jinsab f’Bùzios, il-Brażil fit-tentattiv li jtemm b’suċċess sfida mill-aktar diffiċli, bl-għan ikun li jinġabru €100,000 għas-santwarji tal-annimali.

Wara li f’Lulju li għadda Spiteri temm b’suċċess il-‘Quintuple Ironman’ li saret fi Franza, u li kienet maqsuma fuq ħamest ijiem, din id-darba huwa qiegħed jagħmel it-10 x Ironman. 

Din tikkonsisti f’4km għawm, 180km rota u 42km ġiri kuljum għal għaxart ijiem sħaħ.

Il-Ħadd, Fabio Spiteri jidħol fil-5 ġurnata tiegħu f’din l-isfida u għalhekk ikun nofs triq biex itemm b’suċċess l-akbar sfida tiegħu s’issa u għal darb’oħra jsir l-ewwel Malti li jlesti din l-isfida.

Spiteri jinsab akkumpanjat minn ibnu Aidan u l-masseur Philip Cachia.

Dawk kollha li jixtiequ jagħtu donazzjoni għas-santwarji tal-annimali jistgħu jagħmlu dan permezz ta’ Revolut, SMS, Paypal, jew BOV Bank Transfer kif indikat hawn taħt.

Revolut: +356 9981 6248

Paypal: rarmalta@gmail.com

Paypal: https://bit.ly/3tZbSXV

SMS 

€ 2.33 | 50617312

€ 4.66 | 50618075

€ 6.99 | 50618923

€ 11.65 | 50619260

Bank Transfer

BOV IBAN : MT40VALL22013000000050010082877