Fi stqarrija xotta, il-Gvern illum ikkonferma l-għidut li kienu ilhom jiċċirkolaw – li d-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla se tagħlaq sabiex isir xogħol ta’ immodernizzar.
Il-Gvern qal biss li “ir-residenti se jkunu rilokati fi djar tal-anzjani oħra”. Iżda ma qalx fejn.
Il-Gvern stqarr illi fil-jiem li ġejjin se tkun qed issir komunikazzjoni u djalogu mar-residenti u l-qraba tagħhom dwar din ir-rilokazzjoni. Għalkemm ħafna qraba li tkellmu ma’ Net News esprimew l-inkwiet tagħhom dwar il-fatt li dawn l-anzjani se jiċċaqilqu minn din ir-residenza, meta fis-snin riċenti – effettivament – saru xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni, fosthom fuq in-naħa ta’ barra tal-binja.
Skont il-Gvern, se jkun qed iwettaq proġett estensiv fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla bil-għan li din id-dar tkun konformi mal-istandards. Dan il-proġett għandu jwassal biex l-infrastruttura qadima tinbidel f’waħda moderna u tal-ogħla livell.
//= $special ?>