F’Nicosia, fil-Kwartieri Ġenerali tal-Kumitat Olimpiku ta’ Ċipru, saret l-aħħar laqgħa għall-kontinġent ta’ atleti u uffiċjali li se jkunu Malta għad-19-il dizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi Żgħar.
Georgios Chrysostomou, President tal-Kumitat Olimpiku meta ndirizza l-kontinġent għamel enfażi li dan huwa l-akbar kontingent possibbli għal Cipru b’188 atleta u 69 uffiċjal apparti membri oħra tal-federazzjonijet u Kumitat Olimpiku flimkien ma grupp ta’ 15-il ġurnalist u crews tat-televiżjoni.
Huwa qal li għandu tama fl-atleti u l-federazzjonijiet bil-frażi ‘Għandna l-abilità li nwettqu dak li ntennu’. Chef de Mission tal-kontinġent huwa Alexandros Chritopherou li għamel riferenza li fil-kontinġent hemm talent ġdid iżda b’saħħtu u li jiprometti. Huwa qal li l-għan ewlieni huwa wkoll ir-rebħ ta’ midalji u ġab eżempju fl-għawm fejn jista jkollok atleta li kapaċi jkun lest jikkompeti u jirbaħ fi tlieta jew erba’ kategoriji.
Il-kontinġent ta’ Ċipru se jasal Malta l-Ħadd b’żewġ titjiriet chartered fil-5am u kmieni wara nofsinhar
//= $special ?>