Luton Town irritornaw fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Ingliż meta fil-finali tal-playoffs huma għelbu lil Coventry wara l-għoti tal-penalties. Kienu Luton li marru fil-vantaġġ fit-23 minuta permezz ta’ Jack Clark qabel kien Gustavo Hamer li kiseb id-draw għal Coventry. Biex fl-għoti tal-penalties Luton rebħu bl-iskor ta’ 6-5 u ġew promossi għall-Premier League, għaxar snin wara li kienu jinsabu fin-National Football League.
//= $special ?>Luton Town lura fil-Premier League wara 31 sena
