Lokali

Salvati żewġ persuni wara li waqgħu minn irdum fil-Mellieħa

Żewġ persuni ġew salvati wara li waqgħu mill-irdum ta’ Għar Tuta li jinsab fil-Mellieħa.

L-inċident seħħ il-Ġimgħa filgħaxija għall-ħabta tat-8:30 hekk kif il-Pulizija daħlitilhom telefonata li żewġ persuni kienu jinsabu f’diffikultà.

Fi stqarrija m’għand il-Forzi Armati ta’ Malta intqal li huma marru immedjetament fil-post sabiex jgħinu lil żewġ persuni li waqgħu minn fuq irdum. Waqt din l-operazzjoni huma ma kkoperawx mal-AFM u ttieħdu fil-bażi tagħhom. Minn hemmhekk huma ġew trasferiti l-isptar Mater Dei fejn ingħataw il-kura meħtieġa.

Il-persuni li involuti f’dan l-inċident huma żewġ Kolombjani, mara ta’ 32 sena residenti San Pawl il-Baħar u raġel ta’ 35 sena residenti Santa Venera. Il-mara ġiet iċċertifikata bi ġrieħi ħfief filwaqt li r-raġel ma sofra mill-ebda ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.