Lokali

Tifel fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn gallarija f’Ħaż Żebbuġ

Tifel ta’ 3 snin qed jissielet għal ħajtu wara li waqa’ minn gallarija.

L-inċident seħħ il-Ġimgħa filgħaxija għall-ħabta tad-8:45 fi Triq Patri Pelagju Mifsud, f’Ħaż Żebbuġ.

Il-Pulizija marret fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li t-tifel kien waqa’ madwar sular minn gallarija.

Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti u ambulanza ħadet lit-tifel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifkat li weġġa’ serjament u li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Il-Maġistrat tal-Għassa Noel Bartolo ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.