Fi knisja ippakjata, ħbieb u qraba ta’ Kacey Sciberras taw l-aħħar tislima lil din it-tfajla waqt quddiesa fil-Parroċċa ta’ San Pawl il-Baħar, fejn ġie iċċelebrata l-ħajja tagħha.
Sciberras mietet traġikament il-Ħadd li għadda wara ħabta kerha fis-Central Link f’Ħ’Attard, li fiha weġġgħu żewġ żgħażagħ oħra.
Preżenti għall-funeral kien hemm l-istudenti tal-ITS, membri tal-Kumitat tal-festa ta’ San Pawl, kif ukoll it-tfajla l-oħra li kien hemm fil-karozza ma’ Kacey dakinhar tal-ħabta.
Waqt il-funeral, Kacey ġiet deskritta bħala tfajla twajba ma’ kulħadd u ferriħija; tfajla li dejjem pruvat tgħix mill-aħjar.
Biċ-ċelebrant jgħid illi Kacey issa qeda ferħana fi ħdan Alla, u li qeda tħares u titlob għal dawk kollha li kienu preżenti, biex kif għexet hi, ħajja kollha imħabba u sinċerita, anke huma jkunu jistgħu jgħixu ħajja tajba, minkejja t-tbatija li bħalissa għaddejin minnha.
Intant, waqt il-funeral ta’ Kacey inġabru fondi li ngħataw lil Puttinu Cares, skont ix-xewqa tal-familja.
U lejn fl-aħħar tal-quddiesa, is-saċerdot qara l-messaġġ li kiteb Jason Sciberras – missier Kacey fuq Facebook.
Fi tmiem ic-celebrazzjoni, il-folla migbura sellmet lil din it-tfajla għall-aħħar darba malli t-tebut inħareġ mill-knisja ta’ San Pawl il-Baħar.
//= $special ?>