Internazzjonali

TURKIJA: L-aħħar preparamenti għar-‘run-off vote’ tal-Presidenza

Tkompli teskala t-tensjoni fit-Turkija għall-Presidenza dan hekk kif il-Ħadd se jkun hemm dak li huwa magħruf bħala ‘run-off vote’ wara li l-ebda kandidat ma’ kiseb il-maġġoranza wara l-votazzjoni ta’ ġimagħtejn ilu.

Il-President tat-Turkija Tayip Erdogan jinsab konvint li se jingħata 5 snin oħra ta’ tmexxija hekk kif ilu fil-poter għal dawn l-aħħar 20 sena.

Iżda minn naħa tiegħu, ir-rival ewlieni ta’ Erdogan li huwa Kemal Kilicdaroglu qed jagħmel minn kollox sabiex jiġbor aktar voti. Kilicdaroglu qal li jekk jirbaħ din il-Presidenza huwa se jkeċċi r-refuġjati Sirjani. Hawnhekk, Erdogan ikkundanna dan id-diskors u qal li rebħa għal Kilicdaroglu tkun tfisser rebħa għat-terroristi.

Minn naħa tiegħu Erdogan żar il-mausoluem ta’ Prim Ministru li kien inqatel fejn din il-manuvra kellha sservi bħala tfakkira meta affaċċja kolp ta stat fl-2016. Dan sabiex jfakkar li l-Gvern taħtu huwa sigur.

Intant, mill-ewwel rawnd ta’ voti Erdogan kien kiseb aktar voti minn Kilicdaroglu iżda bil-votazzjoni tal-Ħadd kollox jista’ jinbidel.