Lokali

Żagħżugħ fil-periku tal-mewt wara inċident bejn karozza u mutur f’Ħal Qormi

Żagħżugħ ta’ 24 sena residenti Ħal Luqa jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident bejn karozza u mutur.

L-inċident seħħ is-Sibt filgħodu għall-ħabta tal-11:00 fi Triq Ħal Luqa, f’Ħal Qormi

Il-Pulizija marret fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 31 sena residenti l-Marsa u mutur misjuq mill-vittma.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Lara Lanfranco ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.