Sport Sport Ieħor

Blackball: Cospicua Rangers jirbħu l-Federation Cup

Cospicua Rangers rebħu l-Federation Cup tal-Blackball meta fil-finali għelbu lil Ħamrun 147 A bl-iskor ta’ 13-4.

Kienet logħba li laqqgħet kontra xulxin żewġ timijiet ferm b’saħħithom fil-blackball lokali. Cospicua Rangers kienu ġejjin minn telfa iebsa kontra Valletta Breakwater fiċ-Cisk Premier League u għalhekk riedu jagħmlu tajjeb għal dak id-diżappunt.

Il-Bormliżi ħarġu mal-ewwel tajjeb u marru minn fuq u minkejja li l-Ħamruniżi ġabu l-iskor indaqs, ftit setgħu jagħmlu kontra l-qawwa u l-preċiżjoni tal-avversarji tagħhom li żammew il-pass sal-aħħar.