Għaddew 5 xhur u nofs minn meta Christopher Siegrsma laħaq Kap eżekuttiv tal-Faċilità Korretiva ta’ Kordin, u sa issa – f’perjodu twil kważi daqs perjodu ta’ probabtion ta’ ħaddiem ġdid – l-irwol ta’ Kummissarju għall-Ħarsien u l-Iżvilupp tal-Priġunieri li kien jaqdi Siergsma għadu battal.
Dan ikkonfermah Siegrsma innifsu waqt intervista li saret minn Andrew Azzopardi fuq l-istazzjon 103.
Fost l-irwoli tal-Kummissarju għall-Ħarsien u l-Iżvilupp tal-Priġunieri, hu li jippromwovi d-drittijiet tal-priġunieri, jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet fuq id-drittijiet tal-priġunieri u jinvestiga kull ilment, iżda sa issa Byron Camilleri għadu jkaxkar saqajh u ma jieħu l-ebda azzjoni … bil-konsegwenza li jbattu l-priġunieri.
Din mhix l-ewwel darba li l-Ministru għall-intern evita li jieħu azzjoni. Filfatt, fil-każ tal-eks Kap Eżekuttiv tal-Ħabs Robert Brincau, wara li instab ħati mill-Qorti u ġie kkundannat 12-il xahar ħabs, sospiżi għal 3 snin li kien qed iġorr arma tan-nar mingħajr liċenzja fil-bajja tal-Għadira fil-Mellieħa u hedded diversi persuni, kien Brincau inifsu li rriżenja mill-kariga u mhux il-Ministru li keċċih; turija ċara li Byron Camilleri baqa’ jkaxkar saqajh u baqa’ jiddefendih sal-aħħar.
Dwar Alex Dalli, li taħt it-tmexxija tiegħu, seħħew erbatax-il mewta fil-ħabs filwaqt li qiegħed jiġi investigat mill-Ombudsman dwar allegazzjonijiet relatati ma’ abbuż fuq l-immigranti, Christopher Siegersma iddefendih.
Wara xhur sħaħ ta’ appelli lill-Gvern minn għadd kbir ta’ entitajiet u persuni intiżi fil-qasam biex Alex Dalli jitneħħa mit-tmexxija tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, kellu jkun Dalli inniffsu li jwarrab mill-pożiżzjoni tiegħu, bil-Prim MInistru Robert Abela u l-Ministru responsabbli Byron Camilleri it-tnejn jibqgħu ċassi quddiem dan kollu. Intant fost dak li l-ħabs wiret minn taħt it-tmexxija tal-Ministru Camilleri u Alex Dalli kienu fatalitajiet. Iżda l-inkjesti li għaddejjin b’rabta ma’ dawn l-imwiet għalissa għad m’għandnix aħbar fejn aktar minn kważi sentejn wara…il-ġenituri u l-qraba tagħhom għad m’għandhomx aħbar ta’ x’setgħa sar aħjar.
//= $special ?>