Għawdex Lokali Qorti

Is-Sindku Laburista Ta’ Sannat jitlef mandat biex jipprova jwaqqaf in-nar tal-festa tal-Munxar

Il-Qorti t’Għawdex dalgħodu fetħet b’urġenza minħabba li tressaq mandat mis-Sindku Laburista tal-Kunsill Lokali Ta’ Sannat sabiex iwaqqaf il-ħruq tan-nar li huwa parti mill-programm tal-festa ta’ San Pawl fil-Munxar. Bil-Qorti, permezz tad-deċiżjoni tagħha, waqqfet dan l-attentat tas-Sindku Philip Vella.

Il-mandat instema’ dalgħodu fil-11:30am, bil-Qorti ma tilqax it-talba tal-Kunsill Lokali.

Il-festa ta’ San Pawl tilħaq il-qofol tagħha llejla, u bħal kull sena, id-dilettanti tal-Munxar jaħarqu n-nar tagħhom minn zona fil-limiti Ta’ Sannat.

Ħafna dilettanti Għawdxin li tkellmu ma’ Net News qalulna li din il-mossa tas-Sindku Laburista kienet possibbilment se toħloq preċedent fuq festi oħrajn f’Għawdex. Iżda grazzi għall-Qorti, il-mossa tal-Kunsill Lokali Laburista ma intlaqgħetx.

Intant, il-Munxarin kienu rappreżentati mill-avukati Alex Borg u Mario Xerri.