Lokali

L-attività ‘Festa Rebbiegħa’ fil-Qrendi

Fil-Qrendi, dalghodu, il-Partit Nazzjonalista organizza l-attivita ‘Festa Rebbiegħa’ fiż-żona tal-Maqluba, fejn spikkaw diversi stands b’ħaxix u frott, u fjuri differenti li ġew armati għall-okkazzjoni.

Għal din l-attivita attendew diversi familji, tfal u żgħażagħ kif ukoll anzjani li qattgħu l-jum tal-Ħadd f’atmosfera rilassanti f’dan ir-raħal mill-isbaħ.

L-attivita’ bdiet b’quddiesa fl-10:30 ta’ filgħodu fil-kappella tal-Maqluba, fejn preżenti kien hemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech flimkien mas-sinjura tiegħu Anne Marie Grech.

Waqt l-attività spikkat ukoll il-logħba tat-tombla, dawriet bil-ferrovija għat-tfal, mixjiet kulturali u spettakla ta’ divertiment.