Lokali

“L-individwu fiċ-ċentru tal-politika tal-Partit Nazzjonalista” – Bernard Grech

Għalhekk il-kwalita ta’ ħajja għalina mhux biss il-flus, il-paga u l-pensjoni imma hija kemm inti tista tgawdi l-ħin liberu tiegħek, li jkollok job u tgħix hajja diċendi, li l-paga sservik sal-aħħar tax-xaħar, pero is-saħħa huwa pilastru ewlieni u l-ambjent huwa pilastru ieħor.”

Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’intervista li saritlu l-Ħadd filgħodu fil-Qrendi, hekk kif ġiet iċċelebrata ‘Festa Rebbiegħa’, fejn tkellem dwar diversi temi ewlenin fosthom il-pjaga tal-għoli tal-ħajja li qegħdha tikber ta’ kuljum u l-iżvilupp insostenibbli li sar in-norma f’pajjiżna, b’detriment għas-saħħa tal-poplu.

Bernard Grech sostna li l-Partit Nazzjonalista għandu viżjoni li verament tista’ tbiddel lil dan il-pajjiż u ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies, għal kuntlajru tal-Gvern ta’ Robert Abela li m’għandux interess jindirizza din il-pjaga li aktar kemm jgħaddu ġranet aktar qed tgħolli rasha.

Bħala Partit tkellimna dwar id-determinazzjoni tagħna illi fil-pjan ekonomiku fiskali inkunu nistgħu nallokaw 40 miljun ewro fond biex inkunu nistgħu ngħinu lil min jimporta u jesporta f’pajjizna biex nitekiljaw il-problema at source – soluzzjonijiet oħrajn – il-Gvern ma jintaxxax iz-zieda dwar l-għoli tal-ħajja – izda l-Gvern mhux tali mhu jagħmel xejn – Gvern mifxul, tali mhux qiegħed jindika kif jista jitekilja din il-kwistjoni.” 

Dwar l-iżvilupp insostenibbli, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-bniedem għandu d-dritt li jgħix tajjeb u jgawdi kwalità ta’ ħajja tajba iżda fi kliemu,  il-kwalità f’pajjizna qegħdha kontinwament tigi bbumbardjata bl-izvilupp, bit-traffiku u minn Gvern li hu maħkum mill-korruzzjoni li qiegħed jistana l-kbir u z-zgħir qed ikompli jitaffeġ.

Bernard Grech insista li Partit Nazzjonalista mmexxi minnu qiegħed jagħmel id-differenża billi jagħti vuċi lill-NGOs, għaliex huma is-soluzzjoni u mhux parti mill-problema. Apparti dan, Partit Nazzjonalista huwa ferm differenti minn partit Laburista għaliex għandu viżjoni ċara li se tagħti kwalità ta’ ħajja aħjar lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.

“Aħna ma għamilnix kompromessi ma’ nies partikolari, ma’ aħnix fil-but ta’ l-izviluppaturi – aħna ma aħnix inmexxu fuq politika ibbazata fuq in-numri fuq ħafna aktar barranin f’pajjiżna .. imma aħna għandna politika ekonomika illi nemmnu li b’10 setturi ekonomici ġodda li ma jagħmlux ħsara fuq l-ambjent nistgħu nkompli nżidu u nsaħħu l-ekonomija filwaqt li nkomplu ninvestu fuq is-setturi li bnejna fil-passat – dak hu l-futur il-kwalita –  ic-cheap labour mhux accettabli – bniedem malti jew barrani stmat u apprezzat – xogħol ta’ futur f’pajjiżek”

Il-Kap tal-PN insista dwar l-importanza li kull individwi m’għandux jgħix biex jaħdem, iżda jaħdem sabiex għix, bil-għan li verament jgħix ħajja li tixraqlu.

“Iridu nkomplu nisimgħu – u għalhekk bhala partit nemmnu li biex ikollna verament kwalità ta’ hajja iridu nkomplu naħdmu fuq il-persuna – aħna ma nitkellmux biss fuq numri izda aħna jinteresana int jekk imxejtx il’ quddiem, int penzjonant qiegħed tlaħħaq? Dan il-kejl mhuwiex biss ta’ numri imma kemm l-individwu jimxi l-quddiem. Investiment fis-saħħa, sptar ġdid f’Għawdex, sptar ġdid fis-saħħa mentali, programmi, għajnuniet liż-żgħażagħ fis-saħħa mentali.”