GSSE Malta 2023 Sport

Lejliet il-ftuħ tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fi Sport Extra tal-lum

(Dermot Galea - Responsabli mill-loġistika f'Malta 2023)

Fis-28 programm Sport Extra li se jixxandar illum mill-5:15 pm ‘il quddiem fuq Net Television, tkompli s-serje b’rabta mal-edizzjoni MALTA2023 tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li għandhom isiru bejn id-29 ta’ Mejju u t-3 ta’ Ġunju.

Meta ninsabu lejliet iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ tal-Logħob, fl-ewwel parti tal-programm servizz dwar l-eks Segretarju Ċenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti, Bertie Muscat li ftit tal-ġranet ilu ppreżenta uffiċjalment il-biografija ‘Bertie Muscat – My memoirs’. Intervista b’rabta’ ma’ MALTA 2023 ma’ Dermot Galea, wieħed mill-uffiċjali ewlenin fl-organizazzjoni tal-Logħob, responsabbi mill-logistika.

Fit-tieni parti, enfażi dwar it-table tennis flimkien mal-uffiċjal tal-Malta Table Tennis Association Johanna Grech u rebbieħ tal-aħħar żewġ Kampjonati Nazzjonali, Gabriel Grixti li huwa wkoll parti mis-selezzjoni Maltija għal-Logħob.

Muntaġġi tas-servizzi u assistenta tal-produzzjoni Samira Cachia Spiteri u filmati minn Joe Sultana u Ramon Farrugia.