Internazzjonali

Madeleine McCann: Għad jonqos ħafna għar-riżultati tal-eżamijiet forensiċi

Il-ġenituri ta’ Madeleine McCann — it-tifla Britannika ċkejkna li ma dehret qatt aktar mindu  għebet minn resort turistiku fil-Portugall – qed jiffaċċjaw xhur ta’ ‘agunija’ huma u jistennew għar-riżultati tal-eżamijiet forensiċi li kapaċi jixħtu dawl ġdid fuq misteru li ilu bla tweġiba minn Mejju tal-2007.

Dan ukoll wara li nstab ‘materjal relevanti għall-investigazzjoni’ waqt tfittxija ta’ tlett ijiem qalb foresta fir-reġjun tal-Algarve u fejn l-investigaturi ġabru numru ta’ kampjuni li jridu jgħaddu mill-eżamijiet tad-DNA fil-Ġermanja.

Ix-xjenzati mistennija jkollhom ir-riżultati inzjali tat-testijiet matul il-jiem li ġejjin iżda jaħsbu li kapaċi jgħaddu x-xhur għall-konklużjoni tal-analiżi sħiħa.

L-awtoritjaiet jemmnu li Madeleine inħatfet minn persuna jew persuni mhumiex magħrufa waqt li kienet rieqda f’kamra tar-resort fi Praia da Luz u fejn hi kienet alloġġjata flimkien mal-ġenituri tagħha waqt btala fil-Portugall.