Futbol Sport

Serie A: Milan jikkonfermaw post fil-UEFA Champions League b’rebħa fuq Juventus

(Ritratt: EPA)

Juventus v Milan 0-1

Milan kisbu rebħa kruċjali għall-kwalifikazzjoni għall-UEFA Champions league kontra Juventus barra minn darhom bl-iskor ta’ 0-1.

Il-gowl tar-rebħa wasal wara 40 minuta logħob minn daqqa ta’ ras b’saħħita tal-attakkant Franċiż Olivier Giroud minn kross preċiż tad-difensur laterali Calabria.

B’din ir-rebħa Milan ikkonfermaw ir-raba’ post biex b’hekk se jkunu qed jilgħabu fil-UEFA Champions League s-sena d-dieħla.

Fil-kamp l-ieħor Juventus tilfu tlett punti prezzjuzi fil-ġlieda għall-ewwel erbgħa, hekk kif wara l-kastig ta’ għaxar punti lil Juventus minħabba korruzjoni u taħwid fil-finanzi fejn jitħol il-bejgħ tal-plejers, Juventus issa jinsabu fis-7 post b’59 punt, punt taħt Roma li jinsabu fis-6 postu żewġ punti taħt Atalanta li jinsabu fil-5 post. Juventus se jilgħabu l-aħħar partita tagħhom kontra Udinese l-Ħadd li ġej, fejn se jittamaw li jtejbu l-prestazzjoni tagħhom u jirnexxielhom jikkwalifkaw għall-UEFA Europa League b’riżultati favorevoli fil-partiti l-oħra ta’ Roma jew Atalanta.

Hellas Verona v Empoli 1-1

Draw ta’ 1-1 fl-ewwel partita tal-ġurnata bejn Hellas Verona u Empoli.

Verona kellhom bżonn it-tlett punti kollha sabiex ikabbru ċ-ċansijiet tagħhom li jevitaw ir-relegazzjoni, madankollu gowl fl-aħħar mumenti tal-partita għal Empoli rriżulta f’dan ir-riżultat diżappuntanti għal Verona.

Hellas Verona marru fil-vantaġġ wara 61 minuta logħob permezz tal-attakkant Cyril Ngonge li sab ix-xibka b’xutt mil-lemin.

Gowl xokkanti għall-aħħar fl-aħħar sekondi tal-partita hekk kif  Empoli kisbu d-draw permezz ta’ auto-gowl ta’ Giangiacomo Magnani li xeħet fix-xibka tiegħu stess meta pprova jinterveni l-kross ta’ Stojanovic.

Monza v Lecce 0-1

Lecce kkonfermaw posthom fis-Serie A għall-istaġun li jmiss b’rebħa minima ta’ 0-1 fl-aħħar sekondi kontra Monza. lIl-gowl drammatiku wasal fil-ħin miżjud minn penalty mogħti minn Lorenzo Colombo minn handsball kommess minn Gytkaer.

Napoli v Bologna 2-2

Napoli ġew miżmuma 2-2 barra minn darhom kontra Bologna.

Victor Osimhen fetaħ l-iskor wara 14-il minuta logħob minn żball tal-goalkeeper Skorupski.

Napoli rrduppjaw l-iskor fil-54 minuta meta Victor Osimhen kiseb id-doppetta personali tiegħu din id-darba minn suġġeriment tad-difensur laterali  Bereszynski.

Bologna skurjaw gowl fit-62 minuta, b’Lewis Fergusen isib ix-xibka wara li l-ewwel konklużjoni ta’ Samson ġiet salvata.

Fil-84 minuta Bologna kisbu d-draw permezz ta’ daqqa ta’ ras mid-difensur laterali Lorenzo Di  Silvestri  minn korner ta’ Sansone.

Lazio v Cremonese 3-2

Fi Stadio Olimpico Lazio għelbu lil Cremonese f’partita missielta bl-iskor finali jkun dak ta’ 3-2.

Lazio fetħu l-iskor kmieni permezz tad-difensur laterali Elseid Hysaj minn pass preċiż tal-attakkant Immobile.

Lazio rrduppjaw l-iskor fis-37 minuta b’din id-darba Sergej Milinkovic-Savic isib ix-xibka minn kross ta’ Pedro.

Cremonese kisbu d-draw fit-tieni taqsima f’temp ta’ 4 minuti, bl-ewwel gowl jasal minn Pablo Galdames fil-54 minuta minn suġġeriment ta’ Valeri, u bil-gowl tad-draw jasal fit-58 minuta minn autogowl ta’ Lazzari.

Lazio irnexxielhom isibu l-gowl tar-rebħa fl-aħħar minuti tal-partita permezz tad-dopjetta personali ta’ Sergej Milinkovic-Savic li sab ix-xibka b’daqqa ta’ ras.

Riżultati

Il-Ġimgħa: Sassuolo v Sampdoria 2-2
Is-Sibt: Salernitana v Udinese 3-2, Spezia v Torino 0-4, Fiorentina v Roma 2-1, Inter v Atalanta 3-2
Illum: Hellas Verona v Empoli 1-1, Bologna v Napoli 2-2, Monza v Lecce 0-1, Lazio v Cremonese 3-2, Juventus v Milan 0-1