Lokali

Tlett irġiel jittieħdu l-isptar wara inċident f’Tal-Barrani

Tlett żgħażagħ kellhom jittieħdu b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident ta’ traffiku.

Dan hekk kif numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija, membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku tal-ambulanzi ġew imsejħa fi Triq tal-Barrani f’Ħal Tarxien wara li seħħ inċident ta’ traffiku bejn żewġ karozzi.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-1630 tal-Ħadd waranofsinhar bejn karozza tat-tip Volkswagen Golf misjuqa minn żagħżugħ ta’ 26 sena residenti Ħal Tarxien u Mazda Demio misjuqa minn żagħżugħ ta’ 23 sena fejn passiġġier miegħu kien hemm żagħżugħ ta’ 27 sena, it-tnejn residenti l-Ħamrun.

Filwaqt li l-kundizzjoni tal-vittmi għadha mhux magħrufa, kelliema għall-Pulizija spjegaw li t-tlett persuni li ttieħdu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura m’humiex fil-periklu tal-mewt.