Lokali Parlament

Apoloġija wara li l-Ministru Bartolo jinqabad jgħid li ma jaħmilx deputat Nazzjonalista

Il-Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo għamel apoloġija fil-parlament wara li nqabad jgħid li ma kien jaħmel lid-deputat Nazzjonalista Rebekah Borg.

Fil-fatt, fil-parlament, il-Ministru Bartolo inqabad jgħid “ilalla… din… din… jien ma naħmilhiex saħta man” meta d-deputat Nazzjonalista kienet qed tagħmillu mistoqsijiet parlamentari.

Fil-parlament illum, Rebekah Borg sostniet li l-apoloġija tal-Ministru Bartolo għandha ssir fil-parlament biex tkun irrekordjata. Dan wara li aktar kmieni l-Ministru Bartolo għamel apoloġija permezz ta’ email lid-deputat Nazzjonalista.

Il-Ministru Bartolo poġġa fuq il-mejda tal-Kamra l-email li bagħat lid-deputat Nazzjonalista.