Lokali Parlament

Ebda investiment turistiku f’Tas-Sliema u San Ġiljan

Albert Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg qal li minkejja r-rabta mas-settur turistiku, il-gvern mhu jwettaq l-ebda investiment turistiku f’Tas-Sliema u San Ġiljan.

Albert Buttigieg tkellem dwar San Ġiljan u Tas-Sliema huma marbuta mat-turiżmu u qal li f’din iżżona hemm l-iktar lukandi li hemm fil-pajjiż għal kull persuna.

Hu staqsa jekk il-pajjiż beniex biżżejjed f’San Ġiljan u sostna li r-residenti taż-żoni qed iwasslu l-messaġġ li issa xebgħu bl-iżvilupp. Jirriżulta li fil-pajjiż hawn wisq bini iktar milli hemm bżonn, sostna d-deputat Nazzjonalista li dan qed ikollu effetti negattvi fuq il-prodott turistiku.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern ma nvestietx fl-infrasturttura pubblika u sostna li t-toroq, il-bankini u postjiet oħra pubbliċi m’humiex ta’ kalità. Problema oħra hi ta’ drenaġġ li qed ifur, sostna Abert Buttigieg, li kompla li f’San Ġiljan nefaq €20,000 u f’Tas-Sliema intefqu €10,000 biss fl-2020. Hu qal li l-gvern qed jiġbor miljuni fl-eco-tax li l-ministru qed jinvestihom fid-distrett tiegħu.