Lokali Parlament

Id-drittijiet tar-residenti għandhom ikunu salvagwardjati f’żoni turistiċi

Graziella Galea, PN

Id-deputat Nazzjonalista Graziella Galea sostniet fil-parlament li d-drittijiet tar-residenti għandhom ikunu salvagwardjati quddiem inkonvinjenti maħluqa fis-settur tirusitiċi.

Graziella Galea qalet li diversi stabbilimenti u lukandi li huma viċin residenzi ma josservawx ir-regoli partikolarment f’San Pawl il-Baħar. Hi sostniet li dan l-istorbju qed joħloq inkonvinjent u qalet li l-MTA u diversi entitajiet oħra għandhom rwol biex ma jinħolqux inkonvinjenti.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li m’għandux ikun aċċettabbli li residenti ma jkunux jistgħu jgħixu fi djarhom minħabba dan l-istorbju. F’sentejn u tliet xhur inaħrġu minn 27 ċitazzjoni, li minnhom kienu biss ħamsa li nstabu ħatja.

Jeħtieġ infurzar aħjar, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li għandha ssir il-koordinazzjoni meħtieġa biex l-attività turistika ssir skont ir-regoli. Hi semmiet lukanda f’San Pawl il-Baħar li tinsab qrib sptar u residenzai u appellat biex jinstabu soluzzjonijiet għall-ilmenti tar-residenti.