Lokali Parlament

Il-Bajja tal-Għadira mhijiex se titkabbar

Ivan Castillo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Castillo qal fil-parlament l-Bajja tal-Għadira mhijiex se titkabbar.

Ivan Castillo qal li ħaddiema fil-lukandi u fir-ristoranti qed jitħallsu brati differenti fil-Ħdud u fil-festi u kompla li l-gvern għandu jindirizza l-problemi ta’ ħaddiema f’dan is-settur.

Hu qal li fit-Triq tal-Għadira qed ikun traffiku kbir minħabba l-mod kif saret it-triq waqt li hemm diffikultajiet anki jekk ikun hemm bżonn ta’ ambulanza fiż-żona.

Id-deputat Nazzjonalista qal li t-tkabbir tal-bajja issa mhux se jsir; dan mhux konkos biss. Jeħtieġ li din il-problema tal-bajjiet li qed jiċkienu trid tkun analizzata.

Dwar ix-Xemxija, Ivan Castillo qal li l-promenade tal-Fekruna ma kinitx indirizzata u sostna li f’San Pawl il-Baħar, il-Qawra u Buġibba huma l-postijiet fejn hemm l-akbar kriminalità u huma l-aktar postijiet maħmuġa fil-pajjiż.

Hu tkellem ukoll dwar is-settur marittimu u qal li l-pajjiż qed jitlef opportunitajiet kbar b’nuqqas ta’ investiment fiċ-chartering, fl-iskejjel tal-ibburbjar u fil-criuse liners.