Lokali Parlament

Il-flus tal-MTA jintużaw mill-gvern u mill-ministru għal min iridu

Mark Anthony Sammut, PN

Id-deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut qal li l-flus allokati tal-MTA għandom jintefqu b’mod għaqli biex itejbu l-kwalità tat-turist, il-prodott u n-numru ta’ turisti iżda din mhijiex ir-realta għaliex l-MTA qed tiġi wżata mill-gvern u mill-ministru biex jgħaddi flus lil min irid.

Hu qal li ċ-Chairman tal-MTA ingħata kważi €100,000 fis-sena ringrazzjament talli kien kandidat tal-Labour. Kien hemm ukoll il-kuntratt ta’ konuslenza lil Konrad Mizzi fl-ammont ta’ €90,000.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-konsulenza hi l-mod kif persuni tal-qalba jitħanżru; kif qalet l-ex deputat Laburista Rosianne Cutajar. In-nies għall-isponsors jingħazlu skont jekk humiex qrib Robert Abela, sostna d-deputat Nazzjonalista.

Hu semma’ l-infieq ta’ sponsors f’attivitajiet u qal li huma dejjem l-istess nies li jingħataw il-fondi sponsors. Kollox hu kontrollat mill-Ministeru tat-Turiżmu, fosthom il-kumitat li jagħżel lil min jieħu sponsors

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-ministru hu biss għaż-żewġ distretti tal-ministru u sostna li l-isponsors għandhom ikunu miftuħa għal kulħadd u mhux biss għall-każini mid-distrett tal-ministru. Għandu jkun hemm kriterji ċari u stabbiliti biex kulħadd ikollu lok li japplika.

Id-deputat Nazzonalista kompla li f’Marzu 2002 kienet imnedija ċ-Ċittadin Virtwali iżda dwar dan ma nstema’ xejn iktar. M’hemm flus għall-operat, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li kariga importanti fir-riklamar damet sena mhux okkupata. Hu semma’ wkoll Kemmuna u kkritika n-nuqqas ta’ infurzar.

Mark Anthony Anthony Sammut qal li l-gvern mhux qed jagħti dettalji dwar il-Kumitat ta’ Infurzar fejn il-gvern lanqas jaqbel bejnietu jekk dan il-kumitat hux fil-fatt kompost.

Id-deputat Nazzjonalista sostna li l-MTA tintuża mill-gvern biex kulħadd jitħanżer hi propju l-MTA waqt li l-Ministru Bartolo jirrappreżenta propju t-tfal u l-pożi.

Hu semma’ l-crafts village ta’ Ta’ Qali u qal li dan hu proġett li beda fl-2018 iżda għadu nofsu mhux lest bir-riżultat li t-turisti m’humiex imorru fil-post. Dan qed iwassal biex is-sens ta’ artiġġjanat qed jintilef, sostna d-deputat Nazzjonalista.