Lokali Parlament

Il-gvern se jwaqqa d-dar għall-anzjani f’Bormla meta għadu kif nefaq €1 miljun fiha

Paula Mifsud Bonnici, PN

Id-deputat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici qalet fil-parlament li l-gvern irid, għal raġunijiet nhux speċifikati, jwaqqa’ d-dar għall-anzjani f’Bormla meta sa ftit ilu għadu kif nefaq €1 miljun fiha.

Fl-Aġġornament tal-parlament, Paula Mifsud Bonnici qalet li fid-dar għall-anzjani f’Bormla twaħħalu żewġ banners li jgħidu ‘L-anzjani mhux għar-rimi’ u ‘Minn hawn ma noħorġux’. Dan minħabba s-sitwazzjoni li fiha l-gvern se jwaqqa’ d-dar għall-anzjani biex, skont il-gvern, terġa’ tinbena b’livelli ogħljin ta’ kwalità li ħaqqhom l-anzjani. Hi qalet li jidher li f’din iċ-ċirkostanza l-gvern qed jibqa’ sieket ħafna.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-anzjani għandhom ikunu l-leħen tagħhom innfushom u sostniet li ġeneralment il-gvern jagħmel propoganda dwar kull xogħol li jagħmel iżda f’dan il-każ baqa’ sieket. Għahekk l-anzjani jinsabu mħassba dwar il-futur tagħhom. Fil-fatt il-gvern mar fid-dar għall-anzjani, ta ittra lill-anzjani u qallhom li minħabba li d-dar ilha mibija mill-1999, hemm bżonn li titwaqqa’ u terġa’ tkun żviluppata.

Hi qalet li l-gvern ta lill-anzjani applikazzjoni fejn iridu jmorru tul il-perjodu tal-proġett. L-applikazzjonijiet għax-xogħlijiet saru? Il-permessi u l-offerti ħarġu?, staqsiet id-deputat Nazzjonalista.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-130 anzjan li hemm fid-dar ta’ dormla huma kollha mill-Kottonera u għalhekk se jkun diffiċli għalihom li jitilqu minn din id-dar biex imorru x’imkien ieħor.

Hi qalet li l-gvern irid iwaqqa’ din il-binja bilfors u staqsiet jekk din il-binja hix ikkundannata. Sa ftit xhur ilu l-gvern kien qed jinvesti fiha iżda issa jrid iwaqqagħha, sostniet Paula Mifsud Bonnici, li kompliet li fost l-investiemnt li għamel il-gvern kien hemm dak fiċ-chillers, f’faċċata ġdida, fl-aperturi u fil-fire-alarm; dawn jammonatw għal ikatr minn €1 miljun