Lokali

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista jżur il-kontinġent Malti

lbieraħ, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech żar lill-kontinġent Malti li se jipparteċipa fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li se jibdew illejla f’pajjiżna. Bernard Grech sab il-ħin biex jitkellem mal-atleti u jifhem aħjar il-preparamenti li għaddew minnhom matul dawn l-aħħar xhur filwaqt li awguralhom li jiksbu l-aħjar riżultati għal pajjiżna.

Bernard Grech kien akkumpanjat mis-Sinjura tiegħu AnneMarie Grech kif ukoll mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport Graham Bencini.